Il-Kor Sine Macula – faq

FAQ

  1. Meta twaqqaf il-Kor SINE MACULA (KSM) u x’inhu l-iskop ta’ din l-organizzazzjoni? – Il-KSM twaqqaf fl-1983 (23 sena ilu). L-impenn tal-membri tal-KSM huwa li dejjem jitjiebu fit-teknika tal-vuċi, biex il-programmi mużikali li jittellgħu ikunu ta’ l-ogħla livell possibbli.
  2. Fejn jiltaqgħu għall-kunċerti l-membri? Għall-bidu l-koristi kienu jiltaqgħu fil-knisja ta’ Santa Marija u fil-knisja parrokkjali; wara l-1995 bdew  jiltaqgħu ġewwa DAR IL-KOR fi Triq San Ġorġ Ħal Safi. Il-premises ġew irranġati għall-ħtiġijiet tal-kor mill-mibki benefattur Leli Cachia; mis-sena 2010 l-kor beda jiltaqa’ fl-iskola primarja ta’ Ħal Safi.
  3. Kemm-il rehearsal isir kull ġimgħa? Normalment isiru żewġ rehearsals kull Ġimgħa; meta toqrob xi attivita` importanti ġieli jiżdiedu r-rehearsals.
  4. Il-korisiti jiltaqgħu għar-rehearsals biss? Le. Isiru wkoll attivitajiet soċjali dejjem bl-iskop li jifforma ruħu dejjem iżjed “il-grupp”.
  5. X’nifhmu bil-kelma GRUPP? Numru ta’ persuni li jaħdmu għal skop komuni; fil-każ tal-KSM l-iskop prinċipali huwa li dejjem nirfinaw l-interpretazzjoni tal-kant tagħna.
  6. X’isir iktar biex jifforma ruħu l-“grupp”? Kull sena nagħmlu seminar ta’ formazzjoni; l-aħħar wieħed li sar għamilnieh f’Tal-Virtu` ir-Rabat bejn is-16 u t-18 ta’ Settembru 2005. Il-koristi kellhom sessjonijiet ta’ taħriġ fil-vuċi, taħriġ fi “group dynamics” u attivitajiet divertenti oħra.
  7. X’inhuma l-iskopijiet “short term” tal-KSM? Li nwettqu b’suċċess l-impenji preżenti li għandna.
  8. X’inhuma l-iskopijiet “long-term”? Noffru spazju fejn kull membru:
  • jiżviluppa aħjar it-talenti tiegħu
  • jirrealizza l-personalita` tiegħu,
  • jikber fil-kultura,
  • jifforma dejjem aħjar il-karattru tiegħu bħala ċittadin
  • jitgħallem jaħdem b’impenn qawwi.

Dan kollu nippruvaw dejjem nagħmluh f’atmosfera rilassanti u ħielsa minn kull periklu fiżiku, ambjentali u morali.

  1. Il-koristi kollha jafu jaqraw il-mużika? Hemm numru sabiħ ta’ koristi li jistudjaw il-mużika privatament. Matul l-2005 għamilna żewġ korsijiet ta’ taħriġ mużikali: (a) kors fit-teorija bażika mużikali (b) kors bażiku fit-teknika tal-vuċi.
  2. Pjanijiet futuri: Hemm il-ħsieb li nipparteċipaw fil-Festival Internazzjonali tal-Korijiet li se jsir f”Malta u li hu organizzat mill-Ministeru tat-Turiżmu flimkien ma’ l-Interlokutur f’Novembru 2006.
  3. B’liema formazzjoni jkanta l-KSM? Ikanta b’diversi vuċijiet u ġieli wkoll a cappella, jiġifieri mingħajr akkumpanjament. Xogħol impenjattiv ikun meta l-kor ikanta b’erba’ vuċijiet, jiġifieri SATB (Sopranos, Altos, Tenors u Bassi).
  4. Fiex jikkonsisti r-repertorju tal-KSM? Ir-repertorju tal-Kor jinkludi mużika reliġjuża, sagra, tradizzjonali, folk u mużika minn films.
  5. Il-koristi huma kollha minn Ħal Safi? Il-maġġoranza huma Ħalsafin. Però għandna numru sabiħ ukoll minn diversi rħula oħra Maltin.
  6. Il-KSM ġieli kanta barra minn Malta? Fl-1992 ta’ tliet kunċerti memorabbli f’Ulm il-Ġermanja, fl-2001 ġie mistieden ikanta fi Trecastagni fi Sqallija.
  7. X’inhuma l-linji ġenerali li bħalissa qiegħed jaħdem fuqhom il-KSM? Matul is-sena 2005 bdejna x-xogħol fuq is-CDP (Choir Development Plan). Il-koristi nfushom, f’sessjonijiet apposta identifikaw il-linji gwida li fuqhom xtaqu jaħdmu bħala grupp. Ta’ min isemmi li ż-żewġ korsijiet li saru matul l-2005, jiġifieri l-kors fit-teorija u l-kors fit-teknika tal-vuċi, ħarġu minn xewqat espressi mill-koristi nfushom fil-Choir Development Plan.
  8. Compact Discs: L-Oratorju tal-Milied VERBUM DEI CARO FACTUM EST – pubblikazzjoni Preca Library; WARDA SBEJĦA TAL-KARMELU – pubblikazzjoni Queen Victoria  u HOW MERRILY WE SING – pubblikazzjoni KSM. Ħa sehem ukoll f’CD’s flimkien mal-Banda Queen Victoria Żurrieq – GĦANA TAL-MILIED F’MALTA, u għaddej ukoll b’recordings mal-Banda Aniċi Qormi.
  9. X’kienu l-attivitajiet prinċipali fl-aħħar 12-il xahar?
  • Żewġ kunċerti tal-Milied fil-knisja ta’ Stu Wistin Valletta u Kunsill Lokali Safi
  • quddies ta’ tiġijiet: Safi, Paceville, Mosta, Naxxar
  • innijiet ma’ baned: Qormi, Qrendi, Mqabba, Sliema, Żurrieq
  • kunċert għall-karita` b’risq il-Little Sisters of the Poor
  • festi reliġjużi: Qrendi, Gudja u Santu Wistin il-Belt
  • kunċert għad-delegati tal-Euroclio ġewwa l-Palazz de Vilhena Mdina
  • is-Seba’ Kelmiet tas-Salib fil-parroċċa ta’ Ħal Kirkop
  • Tlett Ijiem Imqaddsa ta’ l-Għid fil-Knisja Ġesu` Nazzarenu Żejtun

Tony Pace 2006

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: