Direzzjoni korali:
SINE MACULA CHOIR SAFI - http://schoolnet.gov.mt/sinemaculachoir
Lista tal-Kompożizzjonijiet Liturġiċi ta’ Tony Pace: (N.B. Għal iktar informazzjoni, partituri eċċ ibgħat email fuq: pacetoni@gmail.com)
QUDDIES:
- MISSA SANCTE AGUSTINAS: komposta għall-festa ta’ Santu Wistin fil-Belt, bil-Malti imma bir-ritornell tal-Gloria bil-Latin, esegwita diversi drabi fil-Belt Valletta, il-Blata l-Bajda fil-festa ta’ San Ġorġ Preca, waqt pellegrinaġġ fil-Qrendi u f’għeluq il-Kungress Nazzjonali tar-Reliġjużi Sant’Agata Rabat 2008. (Isma’ l-GLORJA >>>>>>; ara clip ta’ biċċa mill-quddiesa >>>>>>)
- QUDDIESA TAL-MEJTIN – bil-Malti, esegwita f’diversi parroċċi waqt quddies ta’ funerali madwar Malta.
- QUDDIESA POPOLARI – miktuba stil folk għal kitarra u pjanu, bir-ritornelli, esegwita diversi parroċċi Malta.
INNIJIET: diversi innijiet fosthom:
- Tantum Ergo: Kor SATB, orgni u / jew orkestra; indaqq diversi drabi fosthom il-Gudja, Safi, Qrendi u Żurrieq; ittella’ wkoll il-Ġermanja u l-Isvezja. (Isma’ din il-kompożizzjoni >>>>>>) | Ara video clip irrekordjata Ulm il-Ġermanja Lulju 1992 >>>>>> | Ara video irrekordjat 25.1.2011 Festa San Pawl >>>>>>>> | Interpretazzjoni mill-Kor Svediz Sollentuna Grosskor 4.6.2011 >>>>>>>
- Tantum Ergo: Kor SAB, orgni u / jew orkestra; indaqq diversi drabi għall-barka.
- Tantum Ergo: għal Baritonu solo u kor b’żewġ vuċijiet; indaqq diversi drabi fil-festi
- Tantum Ergo: għal Baritonu solo; ittella’ diversi drabi fil-Gudja mill-baritoni Alfred Camilleri u Jonathan Sciberras (ara score >>>>)
- Tantum Ergo għal Coro di Ragazzi, u Kor żewġ vuċijiet
- Pater Noster, għal baritonu, pjanu u / jew orkestra jew banda; ittella’ mill-baritonu Alfred Camilleri ġewwa Moska r-Russja, kopja ta’ din il-mużika ġiet mitluba mill-organizzaturi tal-kunċert ta’ Moska biex tiġi arkivjata fil-Konservatorju Muskovita; ittella’ wkoll diversi drabi mill-banda Queen Victoria fil-festa ta’ San Ġużepp li ssir iż-Żurrieq (ara partitura pjanu & vuċi >>>>>)
- O Salutaris Ostia: kor SAB, bl-orgni
- O Salutaris Ostia: orgni u kor b’żewġ vuċijiet, se tiżżanżan Corpus li ġej Safi
- SANCTE PAULE għal Sopran solo mal-banda: indaqqet kemm-il darba fil-ħruġ u d-dħul tal-istatwa ta’ S Pawl Ħal Safi, mill-Baned San Pawl (Safi) u Queen Victoria (Żurrieq)
- Sancte Paule SATB, a cappella: (2010) esegwita waqt kunċert fil-Katidral tal-Imdina, il-Qrendi u Ħal Safi (Isma’ l-Antifona irrekordjata live fil-Katidral April 2010 >>>>>>>) (Isma’ s-Sancte Paule irrekordjati Hal Safi waqt kunċert 29.5.2010 >>>>)
- Sancte Paule – Gradwal, żewġ vuċijiet u orkestra – ara video clip recording live 25.1.2011 >>>>>>>
- Noffrulek, Innu tal-Offertorju: għal tenur solo, orgni u kongregazzjoni
- Noffrulek, Innu tal-Offertorju: għal baritonu solo, orgni u kongregazzjon. Ara recording 25.1.2011 fuq YouTube >>>>>>
- L-Aħħar Ċena: għal kor vuċi waħda mal-orgnu u / jew orkestra (Isma’ bħala midfile >>>>) (ara clip fuq il-You Tube)
- Il-Mulej Qam Mill-Imwiet: Akklamazzjoni wara l-Elevazzjoni, Vuċi waħda (ara partitura & isma’ midi >>>>>)
- Hallelujah qabel il-Vanġelu: kor SATB u orgni
- Kurunella lill-Madonna Tal-Karmu, għal baritonu, kor u orkestra; esegwita f’Akkademja mużikali knisja arċipretali Żurrieq 2008 (ara l-versi u isma’ l-mużika tal-KURUNELLA bħala midifile >>)
- Salve Regina: għal tenur u baritonu solisti, kor u orkestra; indaqqet diversi drabi Qrendi, Gudja u Żurrieq, irrekordjata fuq is-CD WARDA SBEJĦA TAL-KARMELU mill-Banda Queen Victoria 2006 (Isma’ din il-kompożizzjoni >>>>>>>)
- Ave Maris Stella: Tenur & Baritonu solo, kor żewġ vuċijiet u orkestra; jintuża Għasar Sta Marija (Gudja) u Ta’ Lourdes (Qrendi)
- Sett ta’ Salmi bil-Malti: kor SATB a cappella, alternat mal-vrus bil-Gregorjan akkumpanjati mill-orgni; jindaqqu sikwit fil-festa ta’ San Bert (Tarxien) u Madonna Ta’ Lourdes (Qrendi)
- Sett ta’ Salmi għall-Għasar ta’ Stu Wistin: bil-Malti, kor żewġ vużijiet u orkestra
- Sett Salmi għal Secondi Vespri bil-Latin, alternati mal-vrus Gregorjani, kor żewġ vuċijiet u orkestra; ittellgħu fis-Sekondi Vespri Festa Madonna Tal-Karmnu Żurrieq.
- Salm – Nisi Dominus: għal Tenur, Baritonu solisti, kor żewġ vużijiet u orkestra; jindaqq fil-festa ta’ Sta Marija Gudja
- Dixit Dominus: kor żewġ vuċijiet u orkestra, jindaqq fis-Secondi Vespri Festa Madonna Ta’ Lourdes Qrendi
- Laudate Pueri: kor żewġ vuċijiet u orkestra, jindaqq fis-Secondi Vespri Festa Madonna Ta’ Lourdes Qrendi
- Laudate Dominum: kor żewġ vuċijiet u orkestra, jindaqq fis-Secondi Vespri Festa Madonna Ta’ Lourdes Qrendi
- Magnificat: kor żewġ vuċijiet u orkestra, jindaqq fis-Secondi Vespri Festa Madonna Ta’ Lourdes Qrendi
- Sliema: għal Contralto solo, French Horn, żewġ vjolini, vjolonċell u klarinett. Imtellgħa l-ewwel darba fil-Birgufest kunċert Sta Skolastika 9.10.2010. Isma’ s-Sliema>>>>>>; Isma’ Is-Sliema fuq You Tube >>>>>>;
- INNU TAL-PARROĊĊA SAN PAWL SAFI - versi: Paul Callus, mużika: Tony Pace; miktub għall-festi ċentinarji tal-400 sena parroċċa (1998) fi żmien il-Kappillan Dun Nikol Pace.
Ara l-versi u isma’ l-innu >>>>> |
Ara video clip tal-Innu fuq il-YouTube irrekordjat 25.1.2011 Knisja Ħal Safi Festa tal-Konversjoni ta’ San Pawl >>>>>> - INNU LILL-MADONNA TAL-PARIR IT-TAJJEB - versi: Mons Alfred Xuereb, mużika: Tony Pace. Isma’ l-Innu u ara partitura scorch >>>>> ; Isma’ midifile tal-Innu u ara versi >>>>>
ANTIFONI:
- Hodie Gloriosus – antifona lil Santu Wistin komposta għall-festa tal-parroċċa tal-Belt Valletta li ssir f’Mejju. L-istess antifona titkanta bħal HODIE MARIA VIRGO fil-festa ta’ Santa Marija fil-Gudja. - Isma’ l-Antifona >>>>>
- Asssumpta Est Maria, għall-festa Sta Marija Gudja
- Hodie, Madonna Ta’ Lourdes, festa Qrendi
- Tota Pulchra Est Maria: antifona tal-Kuċizzjoni, esegwita fil-Knisja S Franġisk il-Belt Valletta
- Alma Redemptoris: antifona għall-Madonna Ta’ Loretu Gudja, esegwita Gudja diversi drabi
- Beata Mater: antifona lill-Madonna tar-Rużarju; kor żewġ vuċijiet u orgni; imtellgħa l-ewwel darba Ħal Safi Ottubru 2010. Isma’ BEATA MATER >>>>>>>>
ORATORIOS:
- ORATRJU TAL-MILIED – librett ta’ Marisa Abdilla, għal kor u orgni; ittella’ diversi drabi fil-parroċċa ta’ Ħal Safi kif ukoll fil-kunċerti tal-Milied fl-iskejjel taż-Żurrieq u taż-Żejtun.
- MARIJA MTELLGĦA S-SEMA – librett ta’ Mario Gatt & Marisa
Abela, Oratorio ikkummissjonat mill-Parroċċa Arċimatriċi tal-Gudja, esegwit 31.10.2007 biex ifakkar il-200 sena mix-xogħol fuq l-istatwa artistika ta’ Vincenzo Dimech. Is-solisti kienu: Tenur: Arthur Micallef, Soprano: Joanne Mifsud, Contralto: Alexandra Borg, Baritonu: Alfred Camilleri. Isma’ biċċa mill-Oratorio: (aqra l-versi tal-librett u isma’ l-mużika tal-Oratorio bħala MP3 >>>>>>>) Fir-ritratt: il-kompożitur tal-Oratorju: Tony Pace; il-poetessa: Marisa Abela u l-awtur/riċerkatur: Mario Gatt. - MATER MIRABILIS – librett ta’ John Buttigieg; biex ifakkar il-150 anniversarju mid-dehriet tal-Madonna ġewwa Lourdes Franza. Esegwit fil-knisja parrokkjali tal-Qrendi 14 ta’ Frar 2009. Is-solisti kienu: is-soprano Dorothy Baldacchino, il-contralto Alexandra Borg, it-Tenur Stefan Caruana u l-baritonu Alfred Camilleri. (Isma’ l-moviment Numru 9: MARIJA >>>>>>)
- RJIEĦ FIL-QOLLA – librett ta John Buttiġieġ, ikkummissjonat mill-
Kunsill Lokali tal-Qrendi, esegwit fil-knisja parrokkjali tal-Qrendi 17 ta’ Ottubru 2009. Ħadu sehem il-korijiet Sine Macula ta’ Ħal Safi u Magnificat tal-Qrendi taħt id-direzzjoni ta’ Maria Daniela Farrugia. Is-solisti kienu: is-soprano Joan Mangion, il-contralto Alexandra Borg, it-tenur Stefan Caruana u l-baritonu Alfred Camilleri. (Isma’ dawn il-movimenti: IL-MAQLUBA >>>>>> | MARIJA >>>>>> | TWELID >>>>> | MOVIMENT FINALI >>>>> | Moviment Numbru 9 GWERRA >>>>>>>) - VERBUM DEI CARO FACTUM EST – librett ta’ Pawlu Callus;
Oratorio tal-Milied ikkummissjonat mill-parroċċa ta’ Ħal Safi li kienet qed tiċċelebra l-400 sena mit-twaqqif tagħha. Esegwit diversi drabi fosthom Ħal Safi (27.12.1998), Sala Don Bosco Victoria Għawdex(13.11.1999), San Lawrenz Għawdex (9.12.1998), il-Blata l-Bajda fis-sede tal-MUSEUM (6.1.1999), iż-Żejtun (29.12.1999) u l-Imqabba (5.1.2000). Ixxandar fuq l-RTK 1.1.2000. Ħadu sehem fl-oratorju: It-Tenuri: Anton Galea u Arthur Micallef, is-Sopranos: Joanne Mifsud & Dorothy Baldacchino, il-Contralto: Joanna Mallia, il-Baritoni: Alfred Camilleri & Jonathan Sciberras. Irrekordjat fuq CD minn Preca Library (Isma’: LEJN BETLEHEM >>>>>>) - IL-PATRIJIET FRANĠISKANI F’GĦAJN DWIELI – fuq librett tal-Chev Carmel Bianchi, esegwit fil-Knisja tal-Kapuċċini Għajn Dwieli 6 ta’ Frar 2004 bis-sehem tal-Kor Sine Macula u s-solisti: Tenur: Arthur Micallef, Soprano: Joanne Mifsud, Contralto: Marie Therese Vassallo, Baritonu: Alfred Camilleri.
Dwar l-Oratorios – il-mużika komposta għal dawn l-Oratorios hija taħlita ta’ mużika korali li tradizzjonalment nassoċjaw mal-Oratorios, flimkien ma’ mużika iktar moderna. Hekk insibu li fl-Oratorju tal-Gudja u t-tnejn tal-Qrendi, il-kompożitur daħħal ukoll mużika moderna u folk, akkumpanjata wkoll minn kitarra u pjanu, minbarra l-orkesdtra tradizzjonali.