Fil-ħarġa tat-22.12.2011 tal-MaltaRightNow deher artiklu dwar il-kunċert tal-Milied imtella’ fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Safi nhar il-Ħadd 18.12.2011.
Artiklu fil-MaltaRightNow
December 23, 2011KREATTIV project featured in The Sunday Times
December 12, 2011The KREATTIV project currently underway in Safi was featured in an article published on 4.12.2011 (Sunday Times). Read the whole article at: http://www.timesofmalta.com/articles/view/20111127/education/Safi-primary-experiences-a-Kreattiv-project.395626
Kunċert tal-Milied mill-Kor Sine Macula u l-istudenti tal-Kreattiv
December 11, 2011L-Impenn (commitment)
February 15, 2011
Ġakki u Marlon, żewġ soċi żgħażagħ fil-Mużew ta’ San Ġorġ Preca, jattendu qasam kbir lejn iċ-ċentru ta’ Malta. Sitt xhur ilu ftiehmu li nhar ta’ Sibt jibdew jiftħu l-qasam tal-Mużew siegħa qabel il-lezzjoni tas-Sibt filgħaxija u jżommu l-Mużew miftuħ sa tliet kwarti oħra wara l-lezzjoni. Iż-żgħażagħ setgħu jilagħbu qabel u wara l-lezzjoni tal-katekiżmu ta’ kull nhar ta’ Sibt. Ġakki u Marlon kienu jduru maż-żgħażagħ, jilagħbu magħhom inkella jgħallmuhom xi logħba ġdida; drabi oħra, waqt li ż-żgħażagħ jilagħbu, huma kienu jippreparaw xi ħarġa jew jiddiskutu kif se jtejbu l-operat tagħhom maż-żgħażagħ. Minn xahrejn ’l hawn imma, Ġakki, wara li beda kors ta’ darbtejn fil-Ġimgħa fl-MCAST, avża lil Marlon li nhar ta’ Sibt ma setax ikompli jattendi l-qasam kmieni biex jgħinu waqt il-ħin tal-logħob taż-żgħażagħ.
Marlon ħa għalih għax deherlu li Ġakki kellu jżomm l-impenn li kienu daħlu għalih huma t‑tnejn. Marlon deherlu li Ġakki kellu jsib ħin ieħor biex jistudja u mhux jaqta’ mill-impenn ta’ nhar ta’ Sibt. Ġakki deherlu li issa kellu prijoritajiet oħra u allura ma setax ikompli bl-impenn li kien ħa ma’ Marlon. Marlon issa tant qiegħed iħossu iddispjaċut li qiegħed jaħsibha jkomplix jiftaħ il-Mużew daqshekk kmieni. Qiegħed iħossu waħdu u iżolat. Fejn qabel kien jieħu gost meta jasal is-Sibt, issa sar jieħu qatgħa u jħossu bla moral.
Hawnhekk, nixtieq inpoġġi dawn il-mistoqsijiet għar-riflessjoni:
- Nistgħu ngħidu li Ġakki naqas mill-impenn lejn sieħbu u lejn iż-żgħażagħ li jattendu l‑Mużew?
- Marlon kellu raġun jieħu għalih u jiddispjaċih?
- Taħseb f’xi parir/i li tista’ tagħti lil Ġakki u /jew lil Marlon?
- Taħseb li hemm ċans li Ġakki u Marlon, ’il quddiem, jistgħu qatt jerġgħu jaħdmu flimkien bl-istess gost li darba kienu qed jaħdmu flimkien bih?
Kif wieħed jista’ jinduna, l-impenn jew in-nuqqas ta’ mpenn jaffettwana lkoll. Romina ftiehmet ma’ Sandra biex il-Ħadd joħorġu flimkien. Siegħa qabel l-appuntament Romina bagħtet SMS lil Sandra u qaltilha li dakinhar ma tistax toħroġ. Sandra qagħdet ġewwa wkoll għax issa kien tard wisq biex tiftiehem ma’ xi ħadd ieħor. Meta Romina reġgħet uriet nuqqas ta’ commitment għat-tieni darba, Sandra fittxet ħbieb oħra, avolja l-kumpanija ta’ Romina kienet togħġobha. IN-NUQAAS TA’ MPENN MA JGĦINNIEX NAGĦMLU L-ĦBIEB, ANZI, ITELLIFNA L-ĦBIEB.
waqt ix-xogħlijiet
li nagħmlu, l-impenn
m’għandu jonqos qatt.
Toni jaħdem l-aluminju. Huwa magħruf li meta jagħtik data jżommha. Il-kelma tiġri u Toni tant żdiedlu x-xogħol li kellu jdaħħal żewġ lavranti biex jgħinuh. MIN JAGĦTI KELMA U JŻOMMHA, IN-NIES TFITTXU. MIN MA JŻOMMX KELMTU, IN-NIES TEVITAH.
Inħarsu madwarna u nosservaw kemm hu sabiħ meta nimpenjaw ruħna bis-serjetà. Ngħid għalija, inħossni nagħmel kuraġġ kbir fil-ħajja meta nosserva:
- lil Mario li qatt ma jasal tard għall-ebda appuntament
- lis-saċerdot li kull nhar ta’ Ġimgħa fil-5.00pm jidħol fil-konfessjonarju u ma jiċċaqlaqx qabel is-7.00pm, jagħti l-pariri lil min jitlobhomlu
- lil Moira li, lil ħabibtha Martha, meta kienet għaddejja minn perjodu diffiċli, qatt ma qaltilha: “Mhux illum, (jew) ma nistax nisimgħek issa għax mgħaġġla!”
- lil Fredu li daħal abbati u xemx u xita qatt ma jfalli laqgħa jew quddiesa
- lis-superjur tal-Mużew li, puntwalment, kuljum, anke fil-weekend, jiftaħ il-qasam għal-lezzjonijiet tal-katekiżmu
- lin-nisrani li anke meta jonqsu l-aptit, imur xorta għall-quddies
- lis-segretarju tal-każin li b’impenn, kull laqgħa tal-kumitat li jkun hemm, tarah jitla’ nofs siegħa qabel, jipprepara l-kamra għas-seduta, u wara l-laqgħa jikteb il-minuti u jibgħathom lil sħabu fil-ħin
- lin-nurse li qatt ma nstema’ jgħid lil xi pazjent, “Bħalissa m’għandix ċans!”
- lill-ġenituri, li lit-tfal qatt ma qalulhom, “Mhux illum, illum irriduh għalina biss!”
- lid-deputat parlamentari u lill-kusillier li dejjem attendew u ipparteċipaw b’impenn fil-laqgħat kollha tal-gruppi tagħhom
- lill-għalliem li dejjem ipprepara l-lezzjonijiet barra l-ħin tal-iskola għax jemmen li l-ħin mal-istudenti huwa prezzjuż u ma jerġax jiġi;
lil tant u tant persuni oħra li ………. l-impen jeħduh bl-ikbar serjetà.
Tony Pace
15 ta’ Frar 2011
Ittra miftuħa lis-saċerdoti
January 12, 2011
Attendejt quddiesa ta’ funeral fi knisja kbira lejn in-Nofsinhar ta’ Malta; il‑funeral kien ta’ persuna importanti; knisja ippakkjata bin-nies, fost il-kongregazzjoni kien hemm l‑ogħla dinjitarji, il-President tar-Repubblika, il-Prim Ministru, membri miż-żewġ naħat tal‑kamra. Wasal il-mument tal‑omelija u għal għaxar minuti l-attenzjoni ta’ kulħadd kienet fuq ir‑riflessjonijiet li qed jagħmel is-saċerdot…….
Għażiż saċerdot, ifhem x’qawwa għandhom dawk l-għaxar minuti tal-omelija. Ifhem li dawk ir-riflessjonijiet se jkunu fl-isfond ta’ moħħ il-Prim Ministru fil-laqgħat tal-Kabinett li ġejjin. Ifhem li l-istess ħsibijiet se jkunu fl-isfond ta’ moħħ il-membri parlamentari fil-laqgħat tal-Parlament li ġejjin. Ifhem kemm faraġ tista’ ġġib bi kliemek lill-familjari u l-qraba tal-persuna li ħallietna.
Ġanni jistenna l-jum tas-Sibt bil-ħerqa. Nhar ta’ Sibt ma jkunx xogħol u għalhekk ikun jista’ jdur dawra mal-bżonnijiet tad-dar u tal-ġnien. Normalment, wara ġimgħa xogħol, is-Sibt iserraħ moħħu, imma fiżikament jgħejja ħafna. Is-Sibt filgħaxija jinħasel imbagħad imur jisma’ l‑quddiesa tas-7.00pm.
Għażiż saċerdot, tifhem kemm Ġanni u l-kongregazzjoni kollha qed jistennew bil-ħerqa erba’ kelmiet ta’ inkoraġġiment mingħandek. Tifhem kemm huwa delikat, anzi jiena nsejjaħlu sagru dal-mument tal-omelija. Tifhem kemm tista’ sserraħ nies, kemm tista’ tgħallem, tfarraġ, tinkoraġġixxi. Tifhem x’qawwa u x’intensità fih il-mument tal-eżortazzjoni.
Rożina ilha ma toħroġ barra disa’ xhur. Saħħitha ilha sejra lura u issa qas tiflaħ tqum mis-sodda. It-tlett itfal tagħha, kollha miżżewġin, jieħdu ħsiebha mill-aħjar li jistgħu. Imma matul dawn l‑aħħar disa’ xhur, il-mument l-iktar mistenni minn Rożina huwa kull nhar ta’ Ġimgħa filgħodu meta Dun Mattew jiġi jżurha, iqarbinha, u sikwit iqararha.
Għażiż Dun Mattew, faċli tinduna x’ġid qed tagħmel iż-żjara tiegħek ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa għand Rożina. Il-ġid li qed tagħmlilha huwa mmens, ma jitkejjilx.
Għeżież saċerdoti, dawn kienu biss tliet eżempji kif il-bniedem tal-lum qiegħed jibbenefika mis-servizzi tagħkom. Minkejja li intom sikwit tkunu fil-mira tal-kritika ta’ bosta, ngħidu x’ngħidu, aħna baqgħalna bżonnkom.
Dan l-aħħar impressjonatni ħafna Rita, mara simpatika ta’ 75 sena. Fil-kwistjoni politiku-reliġjuża tas-sittinijiet żewġha kien involut ħafna fil-politika. Ma setax jonqos li dak iż-żmien Rita kienet tara lis-saċerdot ikrah minħabba l-kwistjoni tal-interdett. Ftit ilu nzertajt lil Rita titkellem mal-ġara; il-ġara qaltilha kif ġuvni li joqgħod fl-istess triq tagħhom, kien għadu kif daħal is-seminarju jistudja biex isir qassis. Ma stajtx nemmen meta nnutajt liż-żewġ nisa litteralment jibku bil-ferħ għal din l-aħbar. U rrealizzajt kemm minkejja żewġ kwistjonijiet politiku-reliġjużi matul l-aħħar seklu, l-aħbar li xi ġuvni Malti ħaddan is-saċerdozju għadha tnissel ferħ sinċier fost il-Maltin.
L-aħħar kelma, għalina l-lajċi. Kif nistgħu nsaħħu r-relazzjoni tagħna mas-saċerdot? Dawn li ġejjin huma xi suġġerimenti:
- Ejja nirrispettaw lis-saċerdot;
- ejja ma niżolawhx billi nippruvaw nirredikolaw xi tagħlim tal-knisja;
- ejja niddiskutu miegħu meta ma naqblux imma mhux insejħulu antikwat;
- ejja nipparteċipaw fl-inizjattivi li jieħu għall-ġid tagħna.
EJJA NAPPREZZAWH.
(Tony Pace 12 ta’ Jannar 2011)
Fieldwork 4 sena primarja – Belt Valletta
January 6, 2011Aħdem fieldwork il-Belt Valletta għar-4 Sena Primarja >>>>>>>>
Ara risposti għall-fieldwork adatattat għar-4 sena primarja. Ara risposti / tweġibiet >>>>>>>>
Mechanical Crib
December 16, 2010
The small crib in the photo is in fact a mechanical one. The crib was built by Tony Pace and can be viewed at Tony Pace’s residence in Safi. Fore more information send an email to: pacetoni@gmail.com
A man draws water from a well, a farmer digs soil, an angel goes up and down, a windmill’s sails go round, oxen till the soil, a streamlet… these can all be seen in the crib.
watch the mechanical crib by means of a video clip on You Tube >>>>>>>>
Tony Pace got this idea after watching his late father Lonzu, a ex-Dockyard shipwright, doing a similar task. Lonzu Pace used to display his mechanical crib in St Mary Street Gudja Malta.
Kunċert tal-Milied 2010
December 15, 2010
Nhar is-Sibt 18 ta’ Diċembru ser jittella’ Kunċert tal-Milied mill-Kor SINE MACULA fil-knisja ta’ Ħal Safi. Il-kunċert jibda fis-7.30pm.
Kunċert Minn Deborah Pace
November 4, 2010
Nhar l-Erbgħa 3 ta’ Novembru 2010, Deborah Pace (Vjolin) akkumpanjata minn Yvetta Maria Galea (pjanu) tat kunċert ġewwa St James Cavalier fis-sensiela ta’ kunċerti magħrufa bħala performers’ platform.
Ara clip fuq il-You Tube fejn Deborah ddoqq il-mużika ta’ Dvorak. ara clip >>>>>>>>
Uncategorized |
Posted by pacetoni
Ara l-programm >>>>>>